Futbol Sport

Gżira u Sliema jtemmu fi draw

GŻIRA ………………………1
SLIEMA …………………….1

Gżira: J.Haber, G.Bohrer, S.Borg, N.Muscat, S.Pisani. Z.Scerri, M.Davis, M.Maia, T.Espinola, J.De Assis, J.Mendoza

Sliema: T.Aquilina, C.Flores, K.Shaw, J.Mintoff, M.Fernandes, D.Holla, V.Berisha, G.Aquilina, I.Gui, M.Beerman, J.Bliek

Referee: S.Petrovic

Assistenti Referees: A.Camilleri, M.Ciantar

Fit-Tony Bezzina Stadium id-derby bejn Gżira u Sliema ntemmet fi draw ta’ 1-1. Filwaqt li Gżira kienu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima Sliema kienu aktar perikolużi fit-tieni taqsima u rnexxielhom jieħdu t-tieni draw tal-istaġun.

Gżira marru fil-vantaġġ mas-sitt minuta meta kien l-attakkant Jefferson De Assis li kkonkluda wara Timmy Aquilina għal 1-0. Fl-ewwel taqsima Gżira kienu l-aħjar tim fil-partita, b’Davis Martin jkun perikoluż u jagħti problemi lid-difiża ta’ Sliema. Fl-10 minuta Sliema kienu viċin li jiskurjaw hekk kif Justin Haber ma żammx tajjeb il-ballun u telqu fil-kaxxa, iżda l-players Sliemiżi ma kienux pronti biex jitfgħu fil-lasta.

Gżira laqtu l-lasta fis-36 minuta wara nuqqas ta’ ftehim fid-difiża Sliemiża bil-ballun jibqa’ sejjer barra. Fit-tieni taqsima Sliema ħarġu jfittxu l-gowl bil-partita żżid xi ftit fir-ritmu tagħha.
Biex kien proprju Miguel Fernandez li bi ġmiel ta’ xutt għeleb lil Justin Haber u ma tah l-ebda ċans li jsalva għal 1-1. B’hekk iż-żewġ timjiet għadhom mingħajr rebħa fil-Kampjonat BOV Premier, f’dak li jista’ jitqies bħala bidu diżappuntanti għal żewġ timijiet li mistennija jkun minn ta’ fuq., u jiġġieldu għall-postijiet fl-Ewropa.