Futbol Sport

Ħamrun jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun

MOSTA ………… 1

ĦAMRUN …….. 2

Mosta: J.Marko, R.Briffa, C.Ememe, C.Failla, J.Nsumoh, S.Akinbule, T.Farrugia, I.Doric, M.Hetemaj, Z.Brincat, R.Ekani

Ħamrun: H.Bonello, D.Gojkovic, J.Mbong, J.Soares, F.Sasere, I.Ntow, L.Gambin, J.Corbolan, K.Micallef, C.Dielna, E.Marcelina

Referee: I.Barbara

Assistenti Referees: L.Portelli, D.Spencer

Ħamrun kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun b’rebħa missielta kontra Mosta bl-iskor ta’ 2-1. Ħamrun kienu ġejjin minn żewġ telfiet fl-ewwel partiti tagħhom kontra Valletta kif ukoll kontra Birkirkara, bi tliet punti jkunu mperattivi minn din il-partita. Min-naħa l-oħra Mosta ħadu t-tieni telfa tagħhom u baqgħu b’punt wieħed biss fil-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier.

Kontra kull mistenni Mosta marru fil-vantaġġ fit-12-il minuta meta l-pass ta’ Karl Micallef deher jaħsad lill-goalkeeper Henry Bonello, bil-ballun jispicca fix-xibka. Minkejja dan, Ħamrun irreaġixxew minuta wara, meta kien l-internazzjonali Malti Luke Gambin li b’xutt minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Marko Jovicic għal gowl tad-draw.

Fit-tieni taqsima Ħamrun kienu l-aħjar tim, bix-xutt ta’ Jorge Soares fit-48 minuta jkun salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Mosta. Iżda l-pressjoni ta’ Ħamrun ħalliet l-impatt mixtieq fit-63 minuta meta l-attakkant Ekani deher iwaqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa, biex mill-ħdax-il metru l-istess Soares ma żbaljax għal gowl tar-rebħa .