Sport Sport Ieħor

Harding u Buttigieg jirbħu fis-Salina

Julian Harding reġa għal darb’oħra rebaħ t-tielet tellieqa fis-Salina bħala parti mill-GO & Fun BSJ Sprint Triathlon Series, b’vantaġġ ta’ erba’ minuti fuq Keith Galea, li temm fit-tieni post.

Harding fetaħ distakk konsiderevoli fl-għawm u żamm dan il-vantaġġ matul it-tellieqa kollha, biex temm it-tellieqa f’ħin ta’ siegħa u 21 sekonda. Fit-tieni post Keith Galea daħal f’ħin ta’ siegħa u erba’ minuti filwaqt li Jesrit Angel Camilleri daħal f’ħin ta’ siegħa u sitt minuti u disa’ sekondi, biex temm fit-tielet post.

Fil-kategorija femminili Lara Buttigieg kisbet t-tieni rebħa tagħha ta’ l-istaġun b’ħin ta’ siegħa u ħdax-il minuta. Krista Kuusijarvi daħlet fit-tieni post wara li għelbet lil Pia Zammit, minkejja l-prestazzjoni tajba li kellha Zammit fl-għawm.

L-aħħar tellieqa minn din is-serje se ssir nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru fis-Salina, u se jkollha t-titlu tan-National Sprint Triathlon Championship, kif stipulat mill-Malta Triathlon Federation.