Internazzjonali

Id-dinja tfakkar l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Settembru; Biden isejjaħ għall-għaqda

Illum id-dinja qed tfakkar l-20 anniversarju mill-attakki tal-11 ta’ Settembru; attakki li mmarkat għal dejjem l-istorja tal-umanità.

B’kollox 20 sena ilu tilfu ħajjithom madwar 3,000 persuna, b’aktar minn 240 passiġġier abbord l-ajruplani …u ‘il fuq minn 2,600 persuna f’New York. L-iżgħar vittma kienet ċkejkna ta’ sentejn Christine Lee Hanson..li kienet abbord wieħed mill-ajruplani.

Kull min għix u salva minn dak il-jum fil-qalbha ta’ Manhattan fi New York jirrakkonta li l-ġurnata kienet waħda mill-isbaħ; lanqas sinjal ta’ sħaba f’sema ikħal blu..kulħadd fi triqtu lejn ix-xogħol – ħadd ma kien jobsor x’kien ġej għalih.

Dakinhar, erba’ ajruplani tal-passiġġieri nħatfu minn grupp tal-Al-Qaeda sabiex intużaw f’attakki suwiċida fuq l-ibliet ta’ New York u Washington.

Intant, il-President Amerikan Joe Biden fl-aħħar sigħat appella għall-għaqda.