Internazzjonali

Il-Prinċep Andrew b’akkużi li abbuża sesswalment lil mara

Il-Prinċep Andrew, Duke of York qed jaffaċja akkużi li abbuża sesswalment lil Virginia Giuffre, bl-avukati tagħha jippreżentaw id-dokumenti meħtieġa għal bidu ta’ kawża ċivili lill-Pulizija fis-27 t’Awwissu.

Minn naħa tiegħu, il-Prinċep qed jiċħad li kellu xi forma ta’ relazzjoni jew kuntatt sesswali ma’ Giuffre. Madanakollu, id-dokumenti tal-Qorti ppreżentati qed jagħtu ċans lill-Prinċep Andrew biex jagħti risposta sas-17 ta’ Settembru.

L-akkużi jmorru lura għal meta Giuffre kellha biss 17-il sena fejn qed jintqal li kienet sfruzata biex ikollha x’taqsam mal-Prinċep.