Lokali

Isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’ħajt

Raġel ta’ 29 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel f’ħajt għall-ħabta ta’ 2am fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal il-Ġdid.

Fuq il-post issejħet l-assitenza tal-pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn taw l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Iktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.