Lokali

Jinfetaħ uffiċjalment l-uffiċju ta’ LGBTI+Gozo

Matul il-jum tas-Sibt infetaħ uffiċjalment l-uffiċju ta’ LGBTI+Gozo fir-Rabat, Għawdex.

Dan ġie deskritt bħala pass ieħor favur l-ugwaljanza f’pajjiżna, pass importanti favur inklużjoni konkreta u b’saħħitha.

Wara ċ-ċerimonja, dak preżenti ingħaqdu flimkien sabiex ixejjru l-bandiera simbolu tal-LGBTI+.

Preżenti kien hemm ukoll membri tal-MŻPN kif ukoll il-kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista, Alex Borg.