Lokali

Jinżlu jgħumu fil-bajja ta’ Marsaskala bħala simbolu għal kontra l-yacht marina

“Il-bajja għalina, le għall-yacht marina.”

Kienet din l-għajta minn dawk preżenti li s-Sibt waranofsinhar niżlu biswit il-bajja ta’ Marsaskala, meqjus bħala wieħed mill-uniku spazju miftuħ li baqalhom ir-residenti biex jipprotestaw għat-tielet darba fi tliet ġimgħat kontra r-regħba tal-ftit… wara l-pjan li jsir parkeġġ enormi għall-jottijiet.

Huma saħqu li dan l-ispazju miftuħ huwa vitali għas-saħħa, ir-rikreazzjoni, l-attivitajiet kulturali, l-ambjent naturalu u l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Fi tmiem il-protesta, dawk preżenti qabżu jgħumu b’sinjal li la darba ssir il-yacht marina, din mhix se tibqa’ tkun possibli… waħda minn ħafna attivitajiet li mhux se jibqgħu jistgħu jsiru.

S’issa, l-awtoritajiet injoraw l-għajta tar-residenti tant li baqgħu għaddejjin bil-pjanijiet u naqsu milli jħassru s-sejħa għall-investituri fil-proġett tal-yacht marina.

Kien għalhekk li fl-aħħar tal-protesta saret talba lill-Prim Ministru biex ireġġa’ lura dan il-proġett sat-Tnejn li ġej. U jekk dan ma jsirx, l-għajta tagħhom se tibqa’ tinstema’.

Ritratti: Martin Agius