L-aktar partita li tispikka fit-tielet ġurnata tas-Serie A hi dik bejn Napoli u Juventus. B’Napoli fil-ħames post tal-klassifika b’punti massimi, Juventus għandhom biss punt minn żewġ logħbiet. Għal Juventus din se tkun l-ewwel partita wara t-trasferiment ta’ Cristiano Ronaldo li ssieħeb lil Man Utd. Madanakollu, se tkun l-ewwel partita wkoll għall-plejer li se jirritorna ma’ Juvetnus, Moise Kean li kellu prestazzjoni mill-aqwa mat-tim nazzjonali Taljan fir-rebħa ta’ 5-0 kontra l-Litwanja.
Partita oħra li tispikka hija dik bejn Lazio u Milan, żewġ timijiet li s’issa kisbu l-punti massimi. Iż-żewġ timijiet mistennija joħorġu biex itellfu l-punti lill-avversarji, biż-żewġ timijiet jidhru li jistgħu jikkompetu għar-rebħ tal-Iscudetto. Fl-aħħar ħarġa tagħhom Lazio għelbu lil Spezia 6-1 b’Ciro Immobile jiskorja hat-trick. Min-naħa l-oħra Milan temmew 4-1 kontra Cagliari bl-attakkant Olivier Giroud jkun il-protagonist b’doppjetta fid-debutt tiegħu.
Iċ-champions Inter se jaffrontaw lil Sampdoria barra minn darhom. Filwaqt li Inter komplew fejn ħallew l-istaġun li għadda b’żewġ rebħiet fl-ewwel żewġ partiti, Sampdoria għadhom mingħajr rebħa dan l-istaġun u se jkunu qed ifittxu li jagħmlu dan kontra t-tim immexxi minn Simone Inzaghi.
SERIE A
Illum Empoli v Venezia 3.00pm, Napoli v Juventus 6.00pm, Atalanta v Fiorentina 8.45pm Għada
Sampdoria v Inter 12.30pm, Cagliari v Genoa 3.00pm, Torino v Salernitana 3.00pm Spezia v Udinese 3.00pm, Milan v Lazio 6.00pm Roma v Sassuolo 8.45pm It-Tnejn Bologna v Verona 8.45pm