Lokali

Karkariż ta’ 56 sena jsofri ġrieħi gravi

Raġel minn B’Kara sofra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-8.30pm. Mal-wasla tagħhom fil-fost, il-Pulizija sabet li r-raġel ta’ 56 sena kien intlaqat minn karozza ta’ tip Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 61 sena li jgħix Ħal Balzan.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Hemmehkk hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.