Lokali

“Kont floater iżda rajt partit li qed jistinka għall-bidla” – Francesco Grech

Importanti li aħna nkunu l-bidla - iż-żgħażagħ għandhom jersqu 'l quddiem

“Sa xahrejn ilu kont floater u sinċerament ma kellix aspettativi kbar meta ngħaqadt mal-Partit Nazzjonalista…iżda fl-aħħar ġimgħat rajt partit li verament qiegħed jaħdem u jistinka għal bidla”.

Hekk sostna Francesco Grech, żagħżugħ Għawdxi li illum jagħmel parti mill-Fergħa Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-PN fejn spjega li fix-xhur ta’ qabel kien jifrustra ruħu u jinfexx jikteb fuq il-midja soċjali meta kien iħoss li qed iseħħ il-kuntrarju fil-pajjiż iżda sa fl-aħħar iddeċieda li jieħu azzjoni.

“Ħafna drabi f’ħajjitna ngergru ħafna iżda m’aħniex lesti li nġibu l-bidla aħna…dan il-pajjiż għandu bżonn il-bidla, dan il-pajjiż għandu bżonn iż-żgħażagħ”.

Francesco sostna li din il-bidla però ma tiġix waħedha, ma tasal b’mod awtomatiku…iżda importanti li qabel xejn tinbidel il-mentalità tagħna wkoll.

Għaldaqstant huwa ħeġġeġ lil dawk kollha li jixtiequ jaraw pajjiżhom jinbidel sabiex huma stess ikunu l-protagonisti fuq quddiem biex dan iseħħ…dan billi jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista.