Il-Partit Nazzjonalist ingħaqad mad-diversi stati u partiti fid-dinja libera u demokratika biex ifakkar l-bnedmin li tilfu ħajjithom jew ġew feruti fl-attakk mdemmi, żbaljat u vili tat-Twin Towers. Għoxrin sena għaddew minn dak il-jum li biddel ħajjitna lkoll. Jum li nkunu qed nonqsu minn dmirna jekk ma nfakkrux.
Fi stqarrija ffirmata minn Carm Mifsud Bonnici, Kelliem tal-PN għall-Affarijiet Barranin u Roselyh Borg Knight, Segretarju Internazzjonali, il-Partit Nazzjonalista qali li seħħ fil-11 ta’ Settembru 2001 jibqa’ jum wara jum jimmarkana direttament u jgħallimna. Fuq naħa niftakru fil-banalitá assoluta tal-ħażen fuq l-oħra fl-għarfien li għandna nkun dejjem iktar attenti u preparati għall-aġir terroristiku.
Dak li seħħ kien u jibqa’ kuntrarju għall-bniedem. Jibqa’ dak li ġieb biss iktar mwiet , iktar straġi u iktar diffikultá biex il-paċi u l-ġustizzja jikbru.
Il-Partit Nazzjonalista għalhekk ifakkar il-memorja ta’ dawk li ma għadhomx magħna b’mod partikolari ta’ Brian Cachia. Ifakkar li bil-vjolenza ma joħroġx ħlief ħsara u distruzzjoni. Jingħaqad biex waqt li nieħdu l-lezzjonijiet neċessarji jkun vuċi għas-sewwa, fil-moderazjoni , fl-għarfien li kull persuna huwa importanti , m’huwiex oġġett u li d-dinjitá li jħaddan trid tiġi protetta b’kull mezz.
//= $special ?>