Lokali

“Pajjiżna jeħtieġ azzjoni u mhux kliem” – Bernard Grech

"Ħaqqna kwalità ta' ħajja aħjar - flimkien nistgħu nagħmlu dan"

“Fejn jidħlu spazji miftuħa u l-ħtieġa li nikkumpensaw għar-rata mgħaġġla ta’ kostruzzjoni, neħtieġu azzjoni mhux kliem”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-midja soċjali fejn spjega li tul il-jum tal-Ġimgħa żar sit fis-Swieqi identifikat mill-Kunsill Lokali bħala wieħed li jista’ jinbidel fi spazju miftuħ…ferm aħjar mit-telqa li jinsab fiha.

Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem bla waqfien fuq il-proposta li Gvern Nazzjonalista jixtri lura art mhux mittiefsa sabiex jingħata pulmun lill-ibliet u l-irħula madwar Malta u Għawdex.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jekk fil-lokalità tagħhom hemm siti li jistgħu jingħataw lura lill-komunità għandhom jagħmlu kuntatt mal-Partit fuq is-sit www.kunilbidla.com

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1204669196711050?cft[0]=AZU3iaWsbuPrrkxCM52u4SA_RmqiOvwVfDA1qdr6keJA0nhE4J0WU_EKOUoNj82NXo3y2a6OpVkdIE4RJAodQ2nMbrfLPo3HHBVHm04yIQPP1I8J8W6x2OE5SeyzkaOMKiS0gVn0lFmOb9-X1aK5v01iqOOYT5IFXdYevrq1ahGZBxVBYyD3jpmrn4BtW3jmhE8&tn=%2CO%2CP-R