Futbol Sport

Pelé qed jirkupra tajjeb iżda għadu fl-ITU

L-ikona tal-futbol mondjali Pelé qed jirkupra tajjeb fi sptar f’Sau Paulo iżda għadu fit-taqsima tal-kura intensiva, wara sarlu intervent biex jitneħħilu tumut fil-musrana. Pele, li għandu 80 sena, f’messaġġ fuq il-media soċjali, qal li ma li qed iħossu aħjar ma kull jum li jgħaddi, filwaqt li rringrazzja lill-familjari u ‘l dawk li xtaqulu fejqan ta’ malajr.

Pelé kellu diversi problemi ta’ saħħa fl-aħħar snin, bit-tifel tiegħu Edinho, fi Frar tal-2020, jgħid li Pelé jħossu mbarazzat li ma jistgħax jimxi mingħajr għajnuna. Pelè huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Brażil u huwa wieħed minn erba’ player li rnexxielhom jiskorjaw f’erba’ edizzjonijiet differenti tat-Tazza tad-Dinja.