Futbol Sport

Rebħa meritata għal Floriana

(Ritratt: Trevor Sollars)

FLORIANA ………….. 3

VALLETTA ……………. 0

Floriana: G.Kitanov, A.Magri Overand, C.Rutjens, Z.Cassar, A.Caseres, K.Keqi, J.Arias, N.Garcia, E.Callegari, J.Busuttil, R.Camenzuli

Valletta: A.Guarnone, R.Camilleri, T.Caruana, J.Arthur, C.Gauci, E.Pena Beltre, J.Zerafa, I.Curjuric, C.Prado, M.Fontanella, L.Ribeiro

Referee: M. Degabriele

Assistenti Referees: M.Scerri, C.Francalanza

Floriana kisbu rebħa meritata ta’ 3-0 kontra r-rivali Valletta li spiċċaw jilagħbu b’10 t’iplejers fit-tieni taqsima. Floriana kienu l-aħjar tim matul il-partita kollha bil-goalkeeper ta’ Valletta Alessandro Guarnone jkun protagonist b’diversi saves.

Floriana resqu viċin il-gowl fil-15-il minuta meta x-xutt ta’ Jose Arias kien salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Valletta Alessandro Guarnone. Fis-27 minuta minn corner mogħti minn Jose Arias, id-difensur ta’ Valletta Christian Gauci prova jtajjar il-ballun iżda kważi tefgħu fil-lasta tiegħu stess, hekk kif id-daqqa ta’ ras tiegħu ħabtet mal-lasta.

Madanakollu, Floriana marru fil-vantaġġ fit-38 minuta meta wara transizzjoni veloċi, mill-cross ta’ Adam Magri Overand, kien JOSE ARIAS li bir-ras antiċipa l-ħarġa ta’ Guarnone u tefa’ ġewwa għal 1-0. Fil-71 minuta Valletta kienu perikolużi meta mill-cross ta’ Enmy Pena Beltre kien Shaun DImech li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi għoli mil-lasti ta’ Floriana. Żewġ minuti wara Floriana kienu viċin it-tieni gowl meta minn cross ta’ Magri Overand, kien is-sostitut Mattia Veselji li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata minn Guarnone. Biex minuta wara waslet tkeċċija għal Valletta meta Christian Gauci kien muri t-tieni karta safra għal foul fuq Caceres.

Floriana għalqu l-partita fis-87 minuta meta b’xutt minn nofs il-kaxxa kien Daniel Agius li sab ir-rokna tax-xibka u ta rebħa meritata li Floriana. Floriana skorjaw it-tielet gowl tagħhom fl-94 minuta permezz ta’ Ryan Camenzuli.