Pajjiżna għandu bżonn bidla u jrid politika differenti. U huwa għalhekk li l-PN, matul il-festi tal-Indipendenza qed jagħmel din is-sejħa – biex in-nies ikunu l-bidla.
Hekk stqarr il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut f’kummenti li ta lil Net News.
Mark Anthony spjega li l-attivitajiet kommemorattiv tal-Indipendenza se jerġgħu jsiru, iżda din is-sena se jkunu b’mod ridott biex jassiguraw li kollox jimxi skont il-protokolli relatati mal-pandemija.
L-attivitajiet se jinkludu…. numru ta’ diskussjonijiet b’temi li jolqtu direttament lil pajjiżna…. il-festivals popolari tal-Kanzunetti Indipendenza…. kif ukoll l- intervista tradizzjonali mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
U bħal ma dejjem isir, il-Festi tal-Indipendenza jagħlqu bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalist Bernard Grech.
Sabiex wieħed jattendi għal dawn l-attivitajiet, għandu jirriżerva postu billi jagħżel il-jum meta jixtieq jattendi u jirreġistra online jew iċempel id-Dar Ċentrali fuq 25965262.