Sport Sport Ieħor

Tliet players Maltin ta’ HiTT Academy se jilagħbu fil-League Taljan

Tliet players Maltin ta’ HiTT Academy se jkunu qed jilagħbu t-table tennis fil-League Taljan. Conrad Puli se jkun qed jingħaqad ma’ Tennistavolo Sant’ Espedito Napoli fil-League nazzjonali Taljani SerIe B1. Min-naħa l-oħra Isaac Grixti se jkun qed jilgħab ma’ ASD Circolo Etneo ta’ Catania fis-Serie B2 filwaqt li Sean Debono se jingħaqad ma’ ASD. TT Virtus Enna fis-Serie C2.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Clyde Puli, feraħ lil dawn iż-żgħażagħ għal dan it-tragward li laħqu filwaqt li awguralhom għall-istaġun li ġej.