Sport Sport Ieħor

Tliet timijiet viċin is-semifinali

Tliet timijiet kisbu vantaġġ tajjeb fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA wara rebħiet kbar fuq l-avversarji tagħhom.

Ħamrun Bayern A, Qormi Hockey Club A u Manchester Conquest A jinsabu ferm viċin li jikkwalifikaw għal mal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni wara wirja ferm tajba u konsistenti mill-plejers tagħhom. Min-naħa l-oħra, Żejtun Domus u Sliema Inter DC temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw.

Ħamrun Bayern A kienu ferm tajbin meta għelbu lill-ġirien Top Gun Bar 6-0 filwaqt li bl-istess skor Qormi Hockey Club A rebħu lil Fgura Darts B. Fl-istess waqt Manchester Conquest A għelbu lil Qormi Hockey Club B 5-1 sabiex ukoll jinsabu favoriti li javvanzaw għas-semifinali.

Finalment f’logħba ta’ botta u risposta Żejtun Domus u Sliema Inter DC spiċċaw fi draw ta’ 3-3. L-aħħar żewġ logħbiet kienu determinanti għas-Slimiżi hekk kif kienu qed jitilfu 3-1 iżda kienu kapaċi jġibu l-iskor indaqs.

It-tieni leg tal-kwarti tal-finali ta’ dan il-kampjonat tas-sajf jintlagħbu nhar it-Tnejn li ġej hekk kif il-format hu dak ta’ home u away.

F’każ li l-aggregate tal-loghob jispiċċa draw, tintlagħab logħba ta’ 1001 bejn l-ewwel 4 plejers li lagħbu singles fl-istess ordni kif imniżżla fl-iscore sheet. Il-Finali ser issir is-Sibt 18 ta’ Settembru, tibda fis-7.30 ta’ filgħaxija fi stabbiliment fil-Birgu.