Lokali

Tnejn bi ġrieħi gravi wara li tliet ċiklisti ħabtu ma’ karozza

Żewġ ċiklisti qed isofru minn ġrieħi gravi wara li tlieta ħabtu ma’ karozza dalgħodu għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu f’Telgħet tad-Dwejra, Mġarr.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li tliet ċiklisti ħabtu ma’ karozza, li kienet misjuqa minn Albaniż ta’ 32 sena.

Iċ-ċiklisti, Malti ta’ 44 sena residenti l-Qrendi, u żewġt Taljani wieħed ta’ 33 sena u l-ieħor ta’ 40 sena, ingħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, filwaqt li t-Taljan ta 33 sena ma rċeviex aktar kura, it-tnejn l-oħra ġew ċċertifikati b’ ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.