Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jirbaħ l-‘iSprint Race’ f’Monza

(Ritratt: EPA)

Valtteri Bottas ta’ Mercedes rebaħ l-isprint tas-Sibt fiċ-ċirkwit ta’ Monza fl-Italja, biex se jkun qed jibda fl-ewwel post fit-tellieqa tal-Ħadd. Madanakollu se jkun Max Verstappen li se jitlaq mill-ewwel post hekk kif Bottas irċieva penalty għall-problemi li kellu fil-magna, biex se jibda mill-aħħar post. Fit-tielet post temm Daniel Ricciardo ta’ Renault. Warajh se jibda Lando Norris ta’ McLaren, biċ-champion attwali Lewis Hamilton se jibda fil-ħames post. Fis-sitt post se jibda Charles Leclerc ta’ Ferrari segwit minn sieħbu Carlos Sainz, bit-Taljan Antonio Giovanizzi jibda mit-tmien post. Sergio Perez ta’ RedBull se jibda mid-disa’ post segwit minn Lance Stroll fl-għaxar post.