Lokali

Aktar reazzjonijiet pożittivi għall-proposti tal-PN għal għajnuna għall-industrija lokali

“Aħna qed ninsistu li l-Gvern juri r-rieda politika, u jingħaqad mal-Oppożizzjoni u l-komunita’ kummerċjali f’din it-talba għall-għajnuna lill-Istat mingħand il-Kummissjoni Ewropea.”

Dan kien il-kliem tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’post fuq Facebook imtella’ il-Ħadd filgħodu.

Bernard Grech qal li l-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji u l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem kollha laqgħu u faħħru l-proposti importanti li għamel il-PN aktar kiemni din il-Ġimgħa.

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi fond ta 40 miljun biex jgħin lill-industrija lokali tkopri ż-żieda fil-prezzijiet loġistiċi.

Bernard Grech saħaq li dan huwa mod tanġibbli kif Malta ssir iżjed kompetittiva, issalva l-impjiegi, tattira l-investimet u tnaqqas l-għoli tal-ħajja.