Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 52 sena reisdenti Ħal Qormi, qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident ġo residenza.

Dalgħodu, għall-ħabta tad-08:50, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident f’residenza fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.