Futbol Sport

Birkirkara jżommu l-bidu perfett

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Balzan………………………..1

Birkirakra……………………2

Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab (N. Frendo 84′), M. Duric, P. Fenech, A. Alves, M. Johnson, U. Ljubomirac, M. Mijic (G. Camilleri 79′), A. Andrejic (B. Kaljevic), S. Cipriott (M. Grima 79′)

Birkirkara: D. Fernandes, E. Ruiz, Y. Yankam, L. Montebello, P. Mbong (L. Aguirre 63′), K. Zammit, F. Falcone, C. Attard, O. Carniello, J. Macedo (K. Bevis 82′), D. Venancio (R. Scicluna 25′)

Referee: P. Farrugia

Assistenti referees: J. Muscat, A. Camilleri

Birkirkara żammew il-bidu perfett meta għelbu lil Balzan 2-1. It-tim imexxi minn Andre Paus b’hekk telgħa fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi.

Birkirakra kellhom bidu mill-aqwa u marru fil-vantaġġ wara biss minuta meta kien Federico Falcone li għamilhom 1-0. Balzan wettqu reazzjoni u ħadu f’idejhom il-pusses tal-partita, u kien l-attakkant Milos Mijic li ġab l-iskor indaqs fid-39 minuta meta kkonkluda għal wara Fernandes.

Balzan damu jgawdu d-draw ftit minuti u kien Jefereson Macedo li għamilhom 2-1 meta kkonkluda fuq pass ta’ Paul Mbong. Fit-tieni taqsima Balzan baqgħu jagħfsu biex iġibu l-iskor indaqs iżda Birkirkara għarfu jiddefendu r-riżultat.