Lokali

Covid-19: Żewġ vittmi fl-aħħar 24 siegħa

Raġel ta’ 83 sena u mara ta’ 84 sena huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna biex issa in-numru ta’ persuni li mietu kaġun tal-Coronavirus tela’ għal 449.

50 persuna irriżultaw pożittiv għall-virus fl-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien 40 persuna kienu meqjusa bħala mfejqa biex il-każi attivi issa telgħu għal 731.

Bħalissa hemm 33 l-Isptar u n-numru ta’ persuni li qed jingħataw il-kura fl-ITU jiżdied għal 4.

F’dawn l-aħħar 24 siegħa ingħataw 2,240 booster tal-vaċċin