Illum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana.
Raġel minnhom ser jitressaq b’rabta ma’ vjolenza fuq pulizija, raġel ieħor ħa jkun akkużat b’rabta ma’ użu ta’ dokument ta’ ħaddieħor, filwaqt li mara ħa tkun akkużatat bi vjolenza domestika u ġrieħi gravi, fost oħrajn.