Lokali

“Ejjew magħna ħalli nġibu l-bidla mistħoqqa li tixraq lil Malta” – Bernard Grech

"Gvern ġdid Nazzjonalista ser ikun il-Gvern tiegħek u għalik"

Agħfas hawnhekk biex issegwi.


“Ejjew magħna ħalli nġibu l-bidla mistħoqqha li tixraq lil Malta, ingħaqdu mal-PN biex inġeddu l-politika għall-Malta u Għawdex, bidla li nistgħu nagħmluha bis-sostenn ta’ kulħadd”.

Dan kien wieħed mill-messaġġi li għadda l-Kap tal-PN Bernard Grech tul intervista fuq NET FM u l-midja soċjali tal-PN fejn tkellem dwar numru ta’ temi, inkluż l-ambjent, Għawdex u l-għoli tal-ħajja, bit-tema Kun il-Bidla tibqa’ l-qofol tal-messaġġ tal-PN, tema marbuta wkoll mal-festi tal-Indipendenza.

Viżjoni ta’ ambizzjoni għal Għawdex

Mistoqsi dwar is-sezzjoni tal-Q & A tal-bieraħ, il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar l-esperjenza li kellu mal-Għawdxin, u tenna l-viżjoni għal Għawdex, viżjoni t’ambizzjoni li se ttejjeb il-ħajja fuq il-gżira Għawdxija.

Huwa għamel aċċenn fuq kif għandu jsir aktar investiment fil-Port tal-Imġarr, fejn il-Kap tal-PN qal li l-port irid jitkabbar biex jitjieb is-servizz tal-fast Ferry, tal-vapuri tal-Gozo Channel u anki biex tingħata wkoll prijorità lill-flotta ta sajjieda.

Bernard Grech qal li l-viżjoni tal-PN hi l-Għawdxin mhux poplu tat-tieni klassi, iżda poplu li jistħoqqlu wkoll l-importanza. Huwa infatti ħares lejn għadd ta’ proposti tal-PN, inkluż dak tal-helipads, li jkun hemm sptar ġdid ta’ 400 sodda, fejn is-servizz tas-saħħa jingħata prijorità, li f’Għawdex il-pażjenti tal-kanċer ikunu jistgħu jirċievu l-kimoterapija u jagħmlu l-MRI f’Għawdex.

“Il-PN ikompli jniedi aktar proposti”

Mistoqsi minn Graziella Attard Previ dwar l-aħħar proposti tal-PN, Bernard Grech qal li l-l-PN kien dak li lil dan il-pajjiż tah il-ħolma Ewropea, u qatt ma ħares lura. Huwa qal li PN fil-Gvern se jkun qed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea li japprova għajnuna speċjali mill-istat ta’ €40 miljun u dan sabiex negozji żgħar u medji ikunu jistgħu jittaffu minn dan l-impatt qawwi.

“Il-proposta tagħna hija li nniedu mekkaniżmu li jgħin b mod dirett u effiċjenti lin-negozju kollu Malti biex jesporta u jimporta b’mod li jkun jista’ jikkompeti”

L-ambjent huwa fil-qofol tal-politika Nazzjonalista”

F’domanda dwar il-proposti li ħabbar il-PN dwar l-ambjent, il-Kap tal-PN qal li l-PN se jibqa’ jniedi aktar proposta dwar l-ambjent, u ħares lejn proposta tal-PN li jkollna zoni residenzjali, fejn il-pubbliku jista’ jgawdi zoni bla karozzi, bla tniġġis.

Noħolqu spazju fejn il-komunità tkun flimkien, fejn ikun hemm soċjetà ħajja, jien irrid nara lokalitajiet li wieħed jista’ jgħix u mhux biss jeżiżtu”

Huwa tenna li l-art Maltija hija importanti, u li l-PN se jaħdem biex ma tibqax tinqered art agrikola. Benard Grech qal li z-zoni ta’ żvilupp mhux se jintmissu, id-drittijiet tan-nies se jibqgħu, iżda fejn hu protett għandu jinżamm protett.

“Ser nagħtu l-opportunità lill-komunitajiet biex jipproponu huma – direttament jew permezz tal-Kunsill Lokali – zoni, artijiet, ġonna li jistgħu jkunu organizzati fi spazji pubbliċi biex jitgawdew minn kulħadd”

Mistoqsi dwar il-proġett li propona l-Gvern dwar il-Marina f’Marsaskala b’Bernard Grech jtenni li l-marina kif proposta mhux aċċettabbli u li l-PN se jibqa’ mal-Iskalin.

L-appell tiegħi huwa ċar, bidla fil-mod kif nagħmlu politika, marina kif proposta mhux aċċettabbli. Aħna qegħdin mal-Iskalin, Marina f’Wied il-Għajn kif proposta mhux aċċettabbli, imma aħna se nkun qed naħdmu għal aktar organizzazzjoni ta’ dgħajjes

Dwar iz-zona taz-Zonqor u x’se jagħmel PN fil-Gvern, Bernard Grech wieġeb li l-PN qed jagħmilha ċara li fil-politika li se titwettaq dejjem se jinġiebu l-ewwel l-interessi tar-residenti.

“Gvern Nazzjonalista jerġa’ jara li jsir l-investiment meħtieġ fil-pixxina fil-ponta taz-Zonqor. Dan huwa post li jista’ jagħti ħafna ħin liberu ta’ kwalità lill-familji tan-nofsinhar ta’ Malta – Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti fil-kwalità tal-ħajja tal-familji”

“Qarnita ta’ kriminali mmexxija minn Kastilja li ħakmet pajjiż sħiħ”

Mistoqsi dwar l-aħħar rapporti li l-Partit Laburista kellu kumpanija privata sigrieta fejn permezz tagħha daħal f’arranġament ma’ allegat kriminal sabiex jingħata €200,000.

“Il-missjoni tiegħi hija li nnaddaf il-politika minn dan il-ħmieġ – u dan mhux biss biex ngħidu għandna politiċi onesti – li dan imur ferm aktar lil hinn – il-korruzzjoni fil-pajjiż qed taffettwa x-xoghol u qed taffettwa n-negozju li jiġi u l-investiment li jiġi f’pajjiżna”

“Gvern ġdid Nazzjonalista se jindirizza l-għoli tal-ħajja”

Il-Kap tal-PN qal li din il-problema l-PN mhux se jitfaha taħt it-tapit, iżda se jindirrizaha. Bernard Grech qal li għandu jkun hemm moniteraġġ kontinwu tal-prezzijiet u kif dawn qed jaffetwaw ix-xirja bażika b’mod partikolari. Huwa qal li l-PN se jara li jkun hemm reviżjoni tal-COLA li verament tirrifletti l-għoli tal-ħajja.

“Ingħaqdu magħna, idħlu fis-sit kunilbidla.com u iktbu dak li tixtiequ li ttejbu f’Malta tagħna”

Bernard Grech li l-PN mhux perfett, iżda bl-umiltà qed ifittex li jisma’ lill-poplu. Huwa qal li PN se jiddeċiedi biex iħares lil Malta u lil Għawdex, fl-interess tal-ħafna u mhux tal-ftit.

Huwa għalaq billi qal li “Gvern ġdid Nazzjonalista ser ikun il-Gvern tiegħek u għalik”.

Ritratti: Matthew Tabone