Sport Sport Ieħor

Emma Raducanu tirbaħ l-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

It-tennista Brittanika Emma Raducanu rebħet l-Open tal-Istati Uniti meta fil-finali għelbet lil Leylah Fernandez 6-4 6-3. Raducanu saret l-ewwel tennista Brittanika sa minn Viriginia Wade fl-1977, li rnexxielha tirbaħ Grand Slam.

F’kummenti wara l-partita Raducanu qalet li din ir-rebħa tfisser ħafna għaliha u anke għall-pajjiżha. B’hekk it-tennista ta’ 18-il sena saret l-iżgħar tennista mill-Gran Brittanja li rebħet Grand Slam kif ukoll saret l-ewwel mara sa minn Serena William li rnexxielha tirbaħ l-Open tal-Istati Uniti mingħajr ma titlef set.

B’din ir-rebħa Raducanu ħadet is-somm ta’ £1.8 miljun u telgħet fit-23 post fir-rankings tad-dinja.