Futbol Sport

Hibernians jagħmluhom tlieta minn tlieta b’rebħa fuq Sirens

(Ritratt: Jonathan Bugeja)

Rowen Camilleri

SIRENS………………1

HIBERNIANS…….3

Sirens: J. Debono, J. Wlaker, A. Jair, I. Borg (D. Jackson 46’), R. Tachikawa (B. Gavrilla 66’), V. Vieira, A. Borg, F. Brandan, L. Zammit (A. Effiong 78’), C. Riascos, K. Reid

Hibernians: I. Kone, F. Apap (M. Ellul 90’), L. Almeida (Z. Grech 88’), S. Raphael, J. Grech (C. Uzeh 90’), J. Degabriele (A. Attard 77’), D. Vella, Thaylor, A. Agius, G. Artilles, W. Domoraud

Imwissija: D. Jackson 50’ (S), G. Artilles 60’, S. Raphael 61’, A. Agius 73’  (H)

Skorjaw: J. Degabriele 14’, J. Grech 18’ (pen), W. Domoraud 85’ (H), B. Gavrilla 82’ (S)

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees: Roberto Vella u Paul Apap

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Thaylor

BOV Plejer tal-logħba: Thaylor

Hibernians komplew fejn ħallew qabel il-waqfa Internazzjonali u fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-1. Tnejn mill-gowls ta’ Hibernians waslu  fl-ewwel taqsima u f’perjodu ta’ erba’ minuti mnn Jurgen Degabriele u Jake Grech, bil-gowl li ssiġġila t-tliet punti għalihom wasal fil-85 minuta minn Domoraud. Għalkemm l-ewwel 45 minuta kienu ddominati mit-tim ta’ Sanderra, Sirens urew titjieb fit-tieni taqsima u saħansitra naqsu d-distakk fit-82 minuta, gowl li ma’ tantx damu jgawduh għax tliet minuti wara Hibernians għamluhom tlieta u tliet punti oħra.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet minn Hibernians fl-għaxar minuta meta kien Thaylor li qabeż żewġ difensuri biex daħal fil-kaxxa u minn qagħda angulata tefa’ kross lejn in-nofs li sab lil Artilles iżda x-xutt fil-baxx tal-Ispanjol għadda barra. Erba’ minuti wara wasal il-gowl tal-vantaġġ ta’ Hibernians. Reġa kien Thaylor li avvanza mal-linja tal-lemin u tefa’ kross lejn in-nofs li sab lil JURGEN DEGABRIELE żmarkat għal kollox li b’xutt mill-ewwel għeleb lil Debono. L-affarijiet komplew jikkumplikaw ruħhom għal Sirens meta fis-17-il minuta Hibernians ingħataw penalty. Kienet ħarba oħra ta’ Thaylor mal-linja li reġa sab ruħu fil-kaxxa avversarja u qabel ma’ rnexxielu jerġa jitfa l-kross deher jitwaqqa minn Ismael Borg bir-referee Stefan Pace deher deċiż mill-ewwel u saffar il-penalty. Mill-11-il metru kien is-solitu JAKE GRECH li tefa’ l-ballun naħa u lil Debono n-naħa opposta.

Sirens ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u fil-50 minuta ingħataw free-kick minn tarf il-kaxxa bil-konklużżjoni ta’ Kemar Reid tgħaddi barra. Fis-70 minuta ġara episodju daqxejn stramb meta r-referee Stefan Pace l-ewwel ta l-karta s-safra lil Raphael li diġa kien ammonit u għalekk keċċieħ iżda wara li kkonsulta mal-assistenti dawwar id-deċiżjoni u ta l-karta lil Andrei Agius u għalekk Raphael reġa lura fil-pitch wara li kien diġa fi triqtu lejn id-dressing room. Fl-74 minuta Vieira għal Sirens javvanza fil-kaxxa u minn qagħda angulata prova xutt fil-baxx li għadda ftit barra mil-lasti ta’ Hibernians. Fit-82 minuta Sirens naqqsu d-distakk meta wara li l-ewwel konklużżjoni inqalgħet minn fuq il-linja mid-difiża ta’ Hibs il-ballun ġie f’saqajn is-sostitut BOGDAN GAVRILLA li minn viċin il-penalty spot tefa’ wara Kone. Hibernians iżda ma’ tantx damu biex għamlu reazzjoni għax tliet minuti wara WILFRED DOMORAUD bir-ras qabbeż minn fuq Debono wara li d-difiża ta’ Sirens ma’ rnexxieliex tbiegħed il-periklu wara kross minn free-kick ta’ Jake Grech.