Jissokta t-tiżgwid bejn esponenti Laburista, b’botta u risposta fil-pubbliku, hekk kif l-eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat għażel li permezz ta’ kitba fuq it-Torċa jattakka lill-eks speaker tal-Parlament fi żmien Gvern Laburista Myriam Spiteri Debono għal diskors li wettqet fit-tifkira ta’ Jum il-Vitorja.
F’diskorsha Myriam Spiteri Debono, li għamlet 16-il sena membru fi ħdan il-Partit Laburista, inkluż fejn kienet membru tal-eżekuttiv u attiva fil-Labour Women’s League fejn kellha l-irwoli ta’ President u Segretarju Ġenerali fejn qalet l-mewt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia xegħel ħafna bozoz ħomor ta’ twissija u appellat għall-għaqda biex jitwettqu t-tibdiliet neċessarji. Hija appellat biex ħadd ma jintilef fil-botti partiġġjani biex jiskurja punti politiċi li jwasslu għal rebħiet bla sugu li jwasslu għall-firda.
Dan il-kliem imma ma tantx għoġob lil Joe Brincat qal li qatt ma jaċċetta dak li qalet Spiteri Debono… u li b’wiċċu minn quddiem ma jaqbilx magħha u li kliemha fejn il-monument tal-Vitorja weġġgħu.
Joe Brincat li leħnu għadu sinonimu mal-istazzjon tar-radju Laburista mhux biss infexx jattakka lil Spiteri Debono, imma għajjar ukoll lil Heritage Malta fejn qal li d-diskors tal-eks speaker ma jbiddilx in-natura tal-monument tal-Vitorja, u sejjaħ lil ħafna awtoritajiet u Heritage Malta jinsabu fir-raqda għax huma mħallsa tajba, u għalhekk għadhom ma stenbħux. Joe Brincat għalaq billi qal li qatt ma jista’ jaqbel b’nitfa mad-diskors ta’ Myriam Spiteri Debono.
//= $special ?>