“Dan x’kien għola xi ħaġa? .. “Issa drajna li jogħla kollox minbarra l-pagi” .. “U dan fl-aqwa żmien” “Hija ħassra li minflok ngħinu lil min qed isiba diffiċli, inkomplu nagħmlulom agħar” “Forsi għas-sinjur ma tagħmilx differenza imma għal familja li tgħaddi bl-ezatt kollox jgħallem.” – Huwa dan is-sentiment komuni ta’ mijiet ta’ persuni li kkumentaw fuq l-artiklu li ppublika Net News fl-aħħar sigħat hekk kif il-prezz tal-ħobża Maltija mistenni jiżdied minn nhar it-Tnejn.
Dawn il-kummenti tan-nies, jaslu wara li reġa’ għola l-prezz tad-dqiq fejn apparti l-furnara li huma ferm inkwetati, il-poplu Malti qed jinkwieta wkoll għaliex din mhux l-ewwel ħaġa li għoliet fl-aħħar xhur hekk kif kull maj mur il-ħajja qed tibqa togħla u l-pagi qed jibqgħu l-istess.
Kif spjegaw ħafna, il-ħobża Maltija hija parti integrali mill-ikla ta’ ħafna familji u din hi t-tieni żieda fil-prezz tagħha fl-aħħar tliet snin. Din se tfisser daqqa oħra fuq il-bwiet ta’ ħafna, l-aktar ta’ dawk l-aktar vulnerabbli u fil-faxex bl-aktar dħul baxx, iżda l-Ministri tal-Gvern jibqgħu jinsistu li kollox jinsab taħt kontroll.
//= $special ?>