Lewis Hamilton u Max Verstappen kienu nvoluti f’inċident bejniethom b’konsegwenza li kellhom jirtiraw mit-tellieqa. Hamilton u Verstappen ħabtu f’xulxin eżatt kif is-sewwieq Ingliż kien ħiereġ mill-pit lane.
Is-sewwieq ta’ Red Bull deher li prova jaqbeż lil Hamilton iżda spiċċaw ħabtu f’xulxin b’konsegwenza li t-tnejn kellhom jirtiraw mit-tellieqa. Intant il-Grand Prix ta’ Monza ntrebaħ minn Daniel Ricciardo ta’ Mc Laren fejn temm qabel sieħbu fit-tim Lando Norris. Valtter Bottas temm fit-tielet post filwaqt li Charles Leclerc temm fir-raba post.
Is-sewwieq ta’ Red Bull Sergio Perez temm fil-ħames pożizzjoni, bis-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz itemm fis-sitt post. Lance Stroll temm fis-seba’ pożizzjoni b’Fernando Alonso jtemm fit-tmien post. George Russell u Esteban Ocon temmew fid-disa’ u fl-għaxar post rispettivament.
//= $special ?>