Lokali

NetAM se jirritorna fuq it-televiżjoni u r-radju

NetAM – il-Breakfast Show ta’ Net Television, se jirritorna mis-27 ta’ Settembru li ġej u se jerġa’ jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00am u d-9:00am iżda din id-darba b’differenza.

Din id-darba, NetAM se jixxandar fuq Net Television u Net FM fl-istess ħin b’mod simultanju.

NetAM se jkun magħmul mill-aħħar aħbarijiet, analiżi tal-gazzetti, aġġornamenti tat-traffiku u t-temp, u diskussjonijiet dwar l-aħħar ġrajjiet kurrenti ma’ mistednin differenti ta’ kuljum. Dan filwaqt li dan il-programm se jkun qed jagħti pjattaforma lill-artisti Maltin.

Il-ġurnalist ta’ Net News, Keane Cutajar se jkun qed jipproduċi NetAM u ser ikun qed jippreżenta dan il-programm flimkien ma’ Roberta Bonello.

Il-ġurnalist ta’ Net Sport, Jordi Farrugia se jkun qed jagħti s-servizz tal-aġġornamenti tal-isport.