Lokali

Raġel iweġġa’ gravi bil-mutur

Il-Ħadd għall-ħabta tal-12pm, raġel Malti ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed isuq u waqa’. L-inċident seħħ, f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.