Ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:00pm il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident li kien seħħ f’għalqa fi Triq il-Beatu Bartolo Longo, Marsaxlokk.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fil-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 70 sena, residenti ż-Żejtun kien waqa’ f’bir.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post u assistew biex il-vittma jinħareġ mill-bir, fejn wara ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marse-Ann Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>