Lokali

Roderick Galdes jgħid li l-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja indirizzata

L-għoli tal-ħajja hija problema li bħalissa l-poplu Malti u Għawdx qed jitkellem ferm dwarha… minħabba li aktar ma jmur.. aktar qed jinħass l-effett tagħha.. tant li diversi persuni u familji mhux qed jirnexxilhom ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar.

Iżda skont il-Ministru Roderick Galdes… l-għoli tal-ħajja hija kwistjoni li hi indirizzata.

Net News staqsa lil Ministru Galdes jekk il-kostitwenti tiegħu jitkellmux miegħu dwar l-għoli tal-ħajja… Galdes jibqa’ jwieġeb bl-istess rettorika 

Intant is-Segretarju Paralamentari Alex Muscat kompla jżid ma’ dak li qal Roderick Galdes… u tenna li f’pajjiżna, skont hu, għandna għoli tal-ħajja kkontrollat…

Dan għall-kuntrarju ta’ dak li qed jgħidu in-nies… fejn minn stħarriġ tal-MISCO ippublikat minn Newsbook juri li għal 86% tal-Maltin il-ħajja għoliet minn tliet snin ilu ‘l hawn. Meta saritilhom mistoqsija dwar x’inhi l-problema ewlenija li jaffaċċjaw personalment, 26%, u ċioe Malti minn kull erbgħa, isemmu l-għoli tal-ħajja. Barra min dan 59% tal-Maltin iħossu li mhumiex komdi daqskemm jixtiequ.

Gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li jindirizza l-għoli tal-ħajja b’miżuri konkreti, fosthom li jkun hemm investiment u titjib fid-dħul tal-ħaddiema li jkun jirrifletti l-ħiliet u x-xogħol li jwettqu kif ukoll b’monitoraġġ tal-prezzijiet, fost oħrajn.