Sport Sport Ieħor

Sonny Colbrelli jirbaħ il-Kampjonat tal-Ewropa taċ-Ċikliżmu

(Ritratt: EPA)

Tkompli l-mewġa ta’suċċessi għall-Italja f’Kampjonati tal-Ewropa. Suċċess għal SONNY COLBRELLI li rebaħ il-Kampjonat tal-Ewropa taċ-Ċikliżmu fit-triq wara sprint finali fuq Remco Evenepoel tal-Belġju. Wara li 60 kilometru mit-tmiem, grupp ta’ disa’ ċiklisti nqata’ mill-bqija, fil-medda ta’ Povo kien Evenepoel li pprova l-ewwel attakk bid-differenza li Colbrelli rritalja biex id-dwell bejniethom baqa’ sat-tmiem. F’4 sigħat 19 il-minuta 25 sekonda kien Colbrelli li rebaħ l-isprint fil-pjazza ewlenija ta’ Trento. Fit-tielet post b’distakk ta’ minuta u 30 sekonda daħal Benoit Consefroy. Matteo Trentin tal-Italja daħal fir-raba’ post tlettax il-sekonda wara Consefroy wara li rebaħ l-isprint tat-tieni grupp fuq Tadej Pogacar tas-Slovenja u Marc Hirschi tal-Iżvizzera.