Lokali

Appell biex tifla b’Down Syndrome tagħmel il-kwarantina f’dar privata

L-Influencer Malti Daniel Umanah qed jagħmel appell lill-awtoritajiet tas-saħħa wara li hu, missieru u oħtu ser ikunu ġejjien lura f’pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla intalbu jagħmlu ġimgħatejn kwarantina f’waħda mill-lukandi f’pajjiżna li qed tintuża għall-kwarantina.

Dan minħabba li l-awtoritajiet tas-saħħa jridu li kull min jiġi f’pajjiżna minn pajjiżi miż-żona l-ħamra, jagħmel il-kwarantina f’dawn il-hotels anke jekk għandu residenza privata f’Malta u anke jekk l-persuna ħadu iż-żewġ dożi tal-vaċċin.

Daniel Umanah saħaq li il-familja tiegħu talbet eżenzjoni minħabba l-fatt li oħtu li hija tifla b’Down Syndrome tbati minn ‘tantrums’ meta tkun fi kmamar li mhux familjari magħhom.

“Aħna mhux qed nippruvaw nevitaw il-kwaranina iżda rridu li nkunu nistgħu noqgħodu fid-dar tagħna, bħalma kien qed isir fil-passat” “Għalfejn irridu mmorru f’hotel”… stqarr Umanah.

Iżda it-talba ta’ din il-familja ma ġietx milqugħa… deċiżjoni li żiedet ir-rabja u ddispjaċir kemm għal din il-familja u anke għall-diversi persuni oħra li qed jisħqu li din mhux deċiżjoni ġusta.