Huma 35 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Dan filwaqt li kienu 43 il-persuni li fiequ mill-virus bejn il-Ħadd u t-Tnejn.
Ċifri ppublikati mill-Ministeru għas-Saħħa spjegaw li l-ammont ta’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-virus żdiedu għal 35 filwaqt li dawk il-pazjenti li qed jingħataw il-kura fl-ITU baqgħu jammontaw għal 4.
Intant, il-każi attivi naqsu għal 723 filwaqt li fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda mewta kaġunata mill-Covid-19 bl-ammont ta’ vittmi jibqa jammonta għal 449.
Ta’ min wieħed jinnota li sal-jum tal-Ħadd f’Malta ingħataw 2,240 booster tal-vaċċin.
//= $special ?>