Everton żammew il-pass mat-timijiet ta’ quddiem hekk kif irnexxielhom jirkupraw minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Burnley 3-1. B’hekk Everton telgħu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma’ Chelsea, Liverpool u Manchester United.
Ben Mee fetaħ l-iskor fl-54 minuta għal Burnley meta kkonkluda b’daqqa ta’ ras tajba fuq cross ta’ Johann Gudmundsson. Everton rrispondew u fis-60 minuta ġabu l-iskor indaqs permezz ta Michael Keane. Everton dawwru l-iskor fil-65 minuta bi ġmiel ta’ gowl minn Andros Townsend biex mbagħad kien Demarai Gray li żewġ minuti wara għalaq il-partita.
//= $special ?>