Taljan ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident f’San Ġiljan.
Ilbieraħ, għal xil-22:30, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Manuel Dimech, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li t-Taljan ta’ 35, li kien qed isuq e-scooter, safa’ milqut minn mutur li telaq minn fuq il-post.
Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>