Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq tispara missila li kapaċi ġġor munizzjoni nukleari

Il-Korea ta’ Fuq sparat missila magħrufa bħala long range li kapaċi tolqot il-mira tagħha sa 932 mil jew 1,500km bogħod. Il-missila sparata kienet parti minn ezerċizzju ta’ ttestjar.

Din l-aħbar ġiet ikkonfermata mill-media tal-istat li ddeskriviet il-missila bħala ‘arma strateġika ta’ sinnifikat kbir’.

Il-missila kapaċi tbiddel ir-rotta tagħha skont il-bżonn u tista’ ġġorr ammont kbir ta’ munizzjon nukleari. Madankollu il-missila sparata fl-aħħar sigħat bħala parti minn eżerċizzju ta’ prova ma kinitx qed iġġor dan it-tip ta’ munizzjon u għaldaqstant ma tmurx kontra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiiet.

Il-Korea t’Isfel qalet li l-militar tagħha qed janalizza s-sitwazzjoni flimkien mal-Istati Uniti.

L-Amerikani f’reazzjoni qalu li din l-attività tal-Korea ta’ Fuq tindika kif dan il-pajjiż qed ikompli jiżviluppa programm militari li huwa ta’ theddida għall-pajjiżi ġirien u għall komunità internazzjonali.

L-isparatura ta’ din il-missila huwa l-ewwel test tal-Korea ta’ Fuq minn Marzu ‘l hawn meta kienet sparata missila short range.