B’referenza għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Miriam Dalli dalgħodu li l-ispiża żejda li kull sena l-Industrija Maltija qed tħallas iktar mill-kompetituri tagħha sempliċiment għax aħna imdawrin bil-baħar mhux ser jissolvew b’finanzjament mill-Gvern. Il-PN reġa’ tenna l-istedina tiegħu lill-Gvern li flimkien mal-Oppożizzjoni jittieħed il-każ quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex l-Industrija Maltija tibda tingħata l-għajnuna mill-iStat.
B’dak li qalet il-Ministru Dalli dalgħodu jidher li jew il-Gvern ma fehemx jew ma jridx jifhem jew mhux kapaċi jifhem il-problema li sena wara sena qed tiggrava għall-Industrija Maltija. Tant kemm hu hekk li mill-2012 sal-lum l-Industrija Maltija qed taqa’ lura fil-kompetitivita tagħha paragunata mall-kompetituri tagħha. Il-PN ifakkar li mit-43 post mid-dinja kollha fl-2012 fl-Indiċi tal-Loġistiika, illum Malta tinsab fid-69 post. M’hemm ebda pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea li huwa warajna f’din ir-riga tal-Bank Dinji.
Fi stqarrija, il-Kelliema tal-PN għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittivitá u Intrapriża Jason Azzopardi qal li dwar il Jekk il-Ministru Dalli mhux tifhem u ma tridx taqra s-sinjali taż-żminijiet, frott l-ostakkli sistematiċi u permanenti li l-Industrija Maltija għandha, mhux tort jew kaġun tagħha, għax jeħtiġilha timporta u tesporta biss bil-baħar fejn l-ispejjeż tal-ġarr tal-merkanzija żdiedu b’iktar minn 500 darba fl-aħħar ftit snin, ħaġa li t-Torċa stess stqarret xahrejn ilu, allura l-problema huwa ikbar.
Iddur kemm il-Ministru Dalli ddur mal-lewża, Malta kienet u ser tibqa’ imdawra bil-baħar bil-konsegwenza naturali li l-Industrijalist Malti kellu u ser jibqa’ jkollu spejjeż u piżijiet kbar u sproporzjonati li l-kompetituri tiegħu fuq il-kontinent Ewropew ma kellhomx u m’humiex ser ikollhom.
Il-PN reġa’ appella lill-Gvern: “ħallik mill-partiġġjanizmu sfrenat u mis-suppervja għamja li mhux ser jgħinu lill-Industrija Maltija u ejja flimkien naħdmu ħalli nikkonvinċu lill-Kummissjoni Ewropea bil-kawża ġusta tal-Industrja tagħna”.
Fin-nofs hemm il-ħobż t’iktar minn 22,000 ħaddiem fl-Industrija temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>