Lokali Saħħa

Inizjattiva li salvat madwar 6 ħajjiet

“Permezz tas-sinerġija sabiħa li nħolqot bejn il-media u l-esperti tas-saħħa sabiex jitkabbar l-għarfien dwar il-prevenzjoni kontra s-suwicidju, fl-aħħar jiem ġew salvati madwar 6 ħajjiet.”

Hekk stqarr il-psikjatra Mark Xuereb meta tkellem ma’ Net News rigward l-esperiment li sar il-ġimgħa li għaddiet mill-esperti tas-saħħa flimkien mal-media, sabiex jitkabbar l-għarfien ghall-prevenzjoni kontra s-suwiċidju.

Mark Xuereb sostna li din is-sinerġija li inħolqot bejn il-media u l-esperti tas-saħħa fl-okkazzjoni tal-ġimgħa nazzjonali ghall-prevenzjoni kontra s-suwiċidju, għenet sabiex ir-rata ta’ suwiċidji tonqos.

Il-psikjatra Xuereb tenna li permezz ta’ messaġġ posittiv, kif ukoll bis-servizzi tas-suicide helpline u l-‘Krizi app’ li joffru aċċess immedjat, chat annonima u tagħrif kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz, wasslu sabiex persuni li għaddejin minn żmien diffiċli jitkellmu ….u l-problema tagħhom tiġi indirizzata.

Meta tkellem ma’ Net News, Mark Xuereb qalilna li l-IASP flimkien mad-WHO jesiġu li kull pajjiz rikonoxxut minn dawn l-għaqdiet ….inkluz Malta… għandu jkollhom strategija għas-saħħa mentali kif ukoll Stateġija Nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwicidju.

Id-depressjoni mhux ikkurata tibqa l-kawza ewlenija tas-suwicidju.

Kull 40 sekonda madwar id-dinja persuna jnehhi ruhu b’idejh….. u ghal kull suwicidju li jirnexxi 20 ohra jaghmlu attentat, tant li s-suwicidju sar tragedja globali. Għalhekk, din l-strateġija nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwiċidju hija bzonnjuza sabiex jiġu indirizzati l-isfidi li jaffaċċjaw persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, li ħafna drabi jbatu fis-skiet.