Futbol Sport

Mark Gatt isejaħ l-iskwadra tat-tim nazzjonali tan-nisa

Il-kowċ Mark Gatt sejjaħ l-iskwadra tat-tim nazzjonali tan-nisa għall-waqfa internazzjonali li jmiss. It-tim Malti se jkun qed jilgħab nhar il-Ħamis kontra d-Danimarka f’Viborg.

Gatt għażel li jsejjaħ tliet players ġodda għal din il-partita, Maia Debono, Jessica Dimech u Alexandra Gatt.

Intant, illum ukoll, kien mħabbar l-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti. Mark Gatt kien ikkonfermat bħala kowċ fejn se jkun assistit minn Dionne Tonna.

L-iskwadra msejħa:

GOALKEEPERS

Patricia Ebejer (Mġarr United); Janice Xuereb (Birkirkara).

DIFENSURI

Alexandra Gatt, Maia Debono (Mġarr United); Jessica Dimech, Jade Flask (Swieqi United); Stephania Farrugia, Gabriella Zahra, Charlene Zammit (Birkirkara); Nicole Sciberras (Tavagnacco, Italy).

MIDFIELDERS

Brenda Borg (Mġarr United); Kayleigh Chetcuti, Dorianne Theuma, Shona Zammit (all Swieqi United); Rachel Cuschieri (Lazio, Italja); Emma Lipman (Como Women); Ann-Marie Said, Alishia Sultana (Birkirkara)

ATTAKKANTI

Martina Borg (Roma Calcio Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sunderland Ladies, Ingilterra)