Sport Sport Ieħor

Medvedev iwaqqaf il-ħolma ta’ Djokovic

(Ritratt: EPA)

Daniil Medvedev waqqaf il-ħolma ta’ Novak Djokovic li jirbaħ l-erba’ Grand Slams f’sena waħda meta fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti rebaħ 6-4 6-4 6-4. Is-seed numru tnejn fid-dinja kellu partita mill-aqwa fejn irnexxielu bil-kapaċitajiet fiżiċi tiegħu jegħleb lil Djokovic.

Fi tmiem il-partita, Djokovic faħħar il-kapaċitajiet ta’ Medvedev filwaqt li feraħlu għal din ir-rebħa. Sentejn ilu Medvedev kien wasal sal-finali ta’ dan il-Grand Slam fejn kien tilef.