Lokali

“Mhux raġonevoli li persuni li għandhom residenza alternattiva jagħmlu kwarantina f’lukandi bi ħlas” – Bernard Grech

“Hemm bżonn urġenti ta’ aktar trasparenza fil-bżonn ta’ kwarantina…u aktar sensittività min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-midja soċjali fejn stqarr li fl-aħħar ħin tkellem mal-familja Umanah, familja li preżentament qed tappella sabiex binthom tagħmel il-kwarantina obbligatorja tagħha fir-residenza tagħha. Dan hekk kif Rachel qed tintgħalab biex twettaq kwarantina minkejja kundizzjoni li għandha.

Bernard Grech saħaq li l-miżuri li jittieħdu għandhom dejjem ikunu proporzjonali u insista li filwaqt li huwa tajjeb li dawk il-persuni li jidħlu f’pajjiżna minn pajjiżi meqjusa bħala dark red zones għandhom iwetqu perjodu ta’ kwarantina “mhux raġonevoli li persuni li għandhom residenza alternattiva jkollhom jagħmlu kwarantina f’lukandi bi ħlas.”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ddeskriva dan bħala piż finanzjarju żejjed fuq il-familji Maltin u Għawdxin…partikolarment il-każ ta’ Rachel li l-preżenza ta’ familtha tista’ tagħmel differenza kbira.

Huwa saħaq li hemm bżonn urġenti ta’ aktar trasparenza fil-bżonn ta’ kwarantina, u sensittività min-naħa tal-awtoritajiet tas-saħħa.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1205981583246478?tn=%2CO*F