Lokali

Raġel fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident fil-Ħamrun

Ritratt: Martin Agius

Raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn vettura.

Għall-ħabta tal-00:15 tat-Tnejn filgħodu, l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel, li l-identita’ tiegħu għadha mhux magħrufa, safa’ milqut minn Toyota Passo li kienet qed tinstaq minn Ingliż ta’ 27 sena li hu residenti l-Isla.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.