Ftit tal-ħin ilu tħabbar illi l-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo kompla jaqleb għall-aħjar, tant illi ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Kienet il-mara tiegħu Marina illi f’post fuq Facebook ħabbret dan l-iżvilupp pożittiv għal saħħet id-deputat Nazzjonalista. Robert Arrigo issa ġie trasferit lejn sala oħra fejn se jkompli bl-irkupru meħtieġ.
Il-familja Arrigo esprimiet ir-ringrazzjament tagħha għall-appoġġ kbir u l-messaġġi ta’ solidarjetà li waslu fl-aħħar jiem.
//= $special ?>