Sport Sport Ieħor

Anna Vassallo eletta bħala viċi-President tal-European Taekwondo Union

Anna Vassallo , President tal-Malta Taekwondo Association ġiet eletta bħala viċi-President tal-European Taekwondo Union , l-għola awtorita’ tat-taekwondo fl-Ewropa u bla dubju l-aktar konfederazzjoni b’saħħitha fid-dinja tat-Taekwondo.

Vassallo kienet eletta waqt il-Kungresss elettiv li sar f’Istanbul . Hija saret l-ewwel viċi President mara fl-istorja tat-taekwondo .

Fl-aħħar snin Anna Vassallo kienet tagħmel parti mill-Ezekuttiv bħala membru.

Il-kariga ta’ Anna Vassallo bħala vici-President tal-Unjoni Ewropa tat-Taekwondo tfisser wkoll bħala l-għola kariga f’amministrazzjoni tal-isport miksuba minn amministratur lokali.

Fl-aħħar xhur, Anna Vassallo kienet wkoll strumentali fit-twaqqif mill-ġdid tal-Malta Taekwondo Association .

Waqt l-istess Kungress elettiv f’Istanbul kien ikkonfermat bħala President Sakis Pragalos filwaqt li Antonio Barbarino inħatar bħala Segretarju Ġenerali.