Futbol Sport

Bayern Munich b’rebħa komda fuq Barcelona…Man Utd jitilfu fl-Iżvizzera

(Ritratt: EPA)

Fil-partita tal-ġurnata, Bayern Munich barra minn darhom fi Grupp E għelbu lil Barcelona 3-0. B’Bayern Munich dominanti, kien Thomas Muller li fl-34 minuta poġġa lit-tim Ġermaniż fil-vantaġġ meta l-konklużjoni tiegħu kienet devjata għal wara Ter Stegen. Bayern Munich skorja il-gowl li għalaq il-partita fis-56 minuta meta wara li l-konklużjoni ta’ Jamal Musiala ħabtet mal-wieqfa, kien Robert Lewandowski li rreġixxa u għamilhom 2-0. L-istess Lewandowski għamilhom 3-0 erba’ minuti mit-tmiem.

Fl-Iżvizzera, Manchester United kienu megħluba minn Young Boys 2-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor għal Manchester United wara 13-il minuta. It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer ntwera’ l-karta l-ħamra fil-35 minuta meta tkeċċa Aaron Wan-Bissaka. Young Boys approfittaw u kien fis-66 minuta li ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Nicolas Ngamaleu biex fil-ħames minuta tal-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita, kien Theoson Jordan Siebatcheu li għamilhom 2-1.

Juventus kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li naqsu milli jagħmlu dan fil-kampjonat meta fl-Iżvezja għelbu lil Malmoe 3-0. Alex Sandro tefa’ lil Juventus fil-vantaġġ wara 23 minuta. Juventus għalqu l-partita ftit qabel il-mistrieħ meta l-ewwel fil-45 minuta kien Paulo Dybala li għamilhom 2-0 permezz ta’ penalty biex mbgħad minuti biss wara kien Alvaro Morata li għamilhom 3-0.

Ic-champions renjanti Chelsea bdew jiddefendu t-titlu b’rebħa minima ta’ 1-0 kontra Zenit St. Petersburg. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fid-69 minuta permezz ta’ Romelu Lukaku li kkonkluda fuq cross ta’ Cesar Azpilicueta.

Villarreal u Atalanta temmew fi draw ta’ 2-2. Remo Freuler poġġa lit-tim minn Bergamo fil-vantaġġ wara sitt minuti. Manuel Trigueros ġab l-iskor indaqs fid-39 minuta biex mbgħad kien Amaut Danjuma li parzjalment dawwar ir-riżultat favur Villarreal. Atalanta ġabu l-iskor indaqs seba’ minuti mit-tmiem permezz ta’ Robin Gosens bit-tim Spanjol itemm jilgħab b’għaxar players wara li tkeċċa Francis Coquelin.

FAŻI TAL-GRUPPI
Illum: GRUPP E: Barcelona v B. Munich 0-3, Dynamo Kyiv v Benfica 0-0 GRUPP F: Young Boys v Man Utd 2-1, Villarreal v Atalanta 2-2 GRUPP G: Sevilla v FC Salzburg 1-1, Lille v Wolfsburg 0-0 GRUPP H: Chelsea v Zenit 1-0, Malmoe v Juventus 0-3 Għada: GRUPP A: Clubb Brugge v PSG 9.00pm, Man City v RB Leipzig 9.00pm GRUPP B: A. Madrid v Porto 9.00pm, Liverpool v Milan 9.00pm GRUPP Ċ: Besiktas v B. Dortmund 6.45pm, Sporting v Ajax 9.00pm GRUPP D: FC Sheriff v S. Donetsk 6.45pm, Inter v Real Madrid 9.00pm